Barranin
Eks infermier akkużat li qatel 100 pazjent

Eżamijiet tossikoloġiċi juri li eks infermier Ġermaniż qatel minn tal-inqas 100 persuna f’żewġ sptarijiet fejn kien qed jaħdem.

Il-prosekuzzjoni qalet li Niels Hoegel, li diġà qiegħed il-ħabs, wara li kien weħel sentenza ta’għomor il-ħabs fuq żewġ delitti, kien jagħti dożi fatali ta’ medikazzjoni tal-qalb lill-pazjenti tiegħu.

Spjegat li huwa kien jipprova jimpressjona lill-kollegi tiegħu billi jerġa’ jqajjimhom permezz tas-CPR iżda ħafna mill-pazjenti mietu.

Hoegel li mistenni jaffaċċja aktar akkużi kontrih is-sena d-dieħla qatel 38 pazjent f’Oldenburg u 62 oħra f’Delmenhorst bejn l-1999 u l-2005

Jekk jinstab ħati, Hoegel jkun l-agħar serial killer fil-Ġermanja minn wara l-Gwerra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-ġeneral Ratko Mladic, li huwa magħruf bħala l-‘biċċier tal-Bożnija’, ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs mit-Tribunal tan-Nazzjonijiet Maqgħuda f’The Hague. Huwa nstab ħati li kien personalment responsabbli u dderieġa wħud mill-agħar…

Barranin, Kurżitajiet

Hemm ċans li minn hawn u ftit tas-snin oħra flok ajruplani kbar, biex insiefru nibdew nużaw mudelli ħafna iżgħar.  Dan għaliex bħalissa qed isiru bosta proġetti minn ditti kbar tal-avjazzjoni…

Barranin

Filmat ippubblikat mill-Ġnus Magħquda juri l-mumenti li suldat tal-Korea ta’ Fuq ipprova jaħrab lejn il-Korea t’Isfel, bis-suldati sħabu pront jisparaw fuqu. Il-Ġnus Magħquda qalet li l-Korea ta’ Fuq kienet ġiet…

Barranin

Il-kumpanija Amerikana Uber ħallset mal-$100,000 biex iżżomm mistur il-fatt li ħħekkjat id-data ta’ madwar 57 miljun account ta’ klijenti u xufiera tagħha.  Fl-2016 jirriżulta li l-Uber kisret il-liġi tal-privatezza ta’…

Aktar