Barranin
Eks kowċ tal-futbol ħati ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal fir-Renju Unit

Eks kowċ tal-futbol fir-Renju Unit, Barry Bennell instab ħati ta’ abbuż sesswali fuq subien fis-snin 80.

Bennell li għandu 64 sena u hu magħruf bħalu Richard Jones,kellu jaffaċċja 36 akkuża fost l-oħrajn assalt indiċenti u attakki sesswali serji fil-konfront ta’ subien li kellhom bejn 8 u 15-il sena.

Waqt il-ġuri li dam għaddej 4 t’ijiem, Bennell ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

Min-naħa tagħha l-prosekuzzjoni qalet li Bennell huwa pedofelu li abbuża mis-subien fuq ‘skala industrijali’.

Bennell, deher quddiem il-Qorti permezz ta’ videolink minħabba li hu marid.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Theresa May wissiet li għexieren ta’ membri parlamentari konservattivi li normalment huma leali lejn il-partit jistgħu jiħduha kontra l-Gvern biex jipprevenu milli jsir Brexit mingħajr ftehim…

Barranin

L-Olanda trid timplimenta miżuri biex tiġġieled il-korruzzjoni.  Dan intqal fir-rapport ta’ evalwazzjoni ppubblikat mill-GRECO, il-grupp ta’ stati kontra l-korruzzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa. Din ir-rakkomandazzjoni qed issir fil-konfront tal-persuni li għandhom karigi…

Barranin

Mara mietet u 28 persuna oħra qed jingħataw kura wara li sofrew minn avvelenament bl-ikel li kielu minn restorant prim (Michelin) fil-Lvant tal-belt Spanjola ta’ Valencia. Il-mara ta’ 46 sena…

Kurżitajiet

Josh Barry, kittieb li għandu l-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru. Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija…

Aktar