Qorti
Eks Kuntistabbli u mara akkużati li taw xebgħa lil turista biex jisirqulha l-basket

Ex Kuntistabbli tal-Pulizija ta’ 43 sena minn Bormla u tfajla ta’ 26 sena mix-Xgħajra ġew mixlija li fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis 9 u l-Ġimgħa 10 ta’ Mejju allegatament taw xebgħa lil turista mill-Maċedonja biex jisirqulha basket li fih kien hemm madwar €50 fi flus kontanti, mobile u passaport.

Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, l-akkużati Ramon Abela u Miriam Elabed ġew akkużati wkoll b’serq aggravat bil-vjolenza u li qiegħdu ħajjet il-mara f’periklu.

Fil-Qorti, il-vittma xehdet bl-għajnuna tal-interpretu li tard il-Ħamis filgħaxija kienet mixja fi Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema biex tmur id-dar ta’ binha li ġiet iżżuru għax għadu kif sar missier. Hi xehdet li f’waqt minnhom, semgħet persuna tgħajjat ‘give me the bag, give me the bag’ u kif irrifjutat minnufih sfat aggredita minn raġel li spjegat kif beda jsawwatha u jġebbidha.

Il-vittma rrakkontat li l-aggressur u l-kompliċi ħarbu bil-basket waqt li hi kompliet mixja d-dar ta’ binha li kif ra midruba, ħadha l-isptar fejn sarulha ħames punti f’rasha u l-ġibs f’idha l-leminija li ġiet miksura minn tliet ibnadi.

L-akkużati wieġbu mhux ħatja u m’għamlu l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u se jinżammu arrestati.

L-ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Jonathan Ransley mexxew il-prosekuzzjoni waqt li l-Avukati Andy Ellul, Ryan Ellul, Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużati.

Il-każ se jkompli fit-28 ta’ Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar