Barranin
Eks-pulizija Ingliż ħati li minn Malta pprova jibgħat ritratti indiċenti lil tifla

Eks-investigatur tal-Pulizija Ingliża kien ikkundannat sentejn u erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li waqt li kien għal btala f’Malta ipprova jibgħat ritratti tal-parti ġenitali tiegħu lil tifla ta’ 13-il sena.

Mark Collins, missier ta’ żewġt itfal li għandu 58 sena, ammetta l-akkużi kontrih dwar dan il-każ li seħħ f’Novembru 2019.

Collins ħaseb li kien qed jibgħat ir-ritratti lil tifla meta fil-verità kien qed jikkomunika ma’ pulizija li kien qed jinvestigah.

Mill-investigazzjoni tal-Pulizja Ingliża rriżulta li huwa bagħat ir-ritratti fuq l-app Kik Messenger u kkummenta dwar l-iżvilupp fiżiku tagħha.

Wara l-arrest tiegħu Collins kien sospiż mill-Pulizija fejn serva għal 30 sena u issa ġie kkundannat għall-ħabs wara li ammetta l-intenzjoni tiegħu.