Qorti
Eku tal-mewt traġika ta’ ġuvni li ġġarraf fuqu ħajt fis-Swieqi

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza fil-konfront ta’ żewġ diretturi ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni, li kienu nstabu ħatja li b’mod involontarju kkaġunaw il-mewt ta’ ġuvni ta’ 19-il sena lura fl-2011.

Quentin Michel, Franċiż, kien tilef ħajtu meta serraħ ma’ ħajt tal-briks fi proprjetà li kien qed jikri fis-Swieqi, bil-konsegwenza li dan iġġarraf fuqu. Eżatt qabel l-inċident traġiku sieħbu kien qed jeħodlu ritratt mal-istess ħajt.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Edwina Grima, ma laqgħetx l-appell ta’ James Mifsud u Gordon Farrugia, id-diretturi ta’ Buz-Dov Developments.

Il-Qorti kkonkludiet li ma kienx hemm dubju li l-ħajt waqa’ għax ma kienx mibni skont is-sengħa, u kkonfermat is-sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Ara wkoll:

Jinstabu ħatja li bnew ħajt bi traskuraġni li wassal għall-mewt ta’ żagħżugħ