Malta
Eku tat-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta

James Holland huwa awtur u xandar li ħadem ma’ stazzjonijiet rinomati fosthom mal-BBC. Hu wkoll storiku li rriċerka fuq il-gżejjer Maltin fit-Tieni Gwerra Dinija. Huwa jinsab Malta biex jitkellem dwar l-eku ta’ dan il-kapitlu fl-istorja.

Imnebbaħ mir-rakkonti animati ta’ bdot Ingliż ta’ spitfire fl-1942, l-awtur, storiku, u xandar popolari James Holland jistqarr li kien ispirat mill-istorja tal-poplu Malti u l-qlubija li wera meta ssielet il-bumbardamenti mill-ajru waqt it-Tieni Gwerra Dinija.

”I looked into it and realized what an amazing story it was and I also realized that there hadn’t been a book written about the siege of Malta and what Malta had gone through for a very long time…”

James wettaq riċerka dettaljata dwar il-ġrajjiet tat-Tieni Gwerra Dinija li ddokumenta fil-ktieb Fortress Malta: An Island Under Siege. Il-pubblikazzjoni hija miżgħuda b’osservazzjonijiet li silet minn intervisti ma’ veterani, storiċi u qraba tal-vittmi tal-gwerra.

”It’s hard to imagine that only seventy odd years ago, this place was the most bombed location in the entire world at one point, and that it was starving and that it was being pounded into the sea… that just seemed unbelievable almost” qal James.

Ir-rakkont storiku joffri analiżi storika tal-ġrajjiet katastofiċi u l-fatturi li wasslu għall-aġir distruttiv li jsostni li jibqa’ tebgħa kerha fl-istorja taċ-ċiviltà Ewropea.

James stqarr ”I don’t think history repeats itself but patterns of human behavior do and what you saw in the 1930s was the emerging of the polarization of politics, you saw the rise of nationalism… and the rise of ultra nationalism, and that was a direct response to a major economic disaster.”

Isostni li għal din ir-raġuni li l-istorja m’ għandhiex tintesa biex ma jkunux ripetuti traġedji umani.

”The extremes are not quite as bad as they were in early 1930s but there are lessons to be learnt and you know, you ignore history and you ignore the past at your peril, and I think it’s incredibly important that you understand the past and patterns of human behaviour because that enables us to be in a position to heed their warnings and prepare for them” żied jgħid James.

James se jindirizza taħdita bbażata fuq il-ktieb li se jżewwaqhom mal-mod kif evolviet l-istorja matul dawn is-serbgħin sena. Il-qliegħ mill-attività se jmur għall-restawr tal-katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt.

L-intervista ma’ James Holland saret f’La Vallette Lounge, b’kortesija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar