Pellegrinaġġ fi Spanja b’risq il-Hospice u l-FAA

Grupp ta’ 25 persuna se jagħmlu l-pellegrinagg magħruf bħala l-El Camino de Santiago biex jiġbru l-flus għall-Hospice u għall-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar.

Hija l-mixja li bosta jikkunsidraw bħala l-aktar esperjenza spiritwali ta’ ħajjithom – l-El Camino de Santiago jew it-triq ta’ San Ġakbu. Dan huwa pellegrinaġġ popolari b’distanza ta’ 780 kilomteru li għandu l-għeruq tiegħu fi żminijiet medjevali.

Il-punt tat-tluq ivarja; id-destinazzjoni aħħarija hija fil-katidral ewlieni f’Galacia fit-tramuntana ta’ Spanja. Skont it-tradizzjoni, f’dan il-katidral hemm midfuna il-fdalijiet ta’ San Ġakbu li huwa l-qaddis padrun ta’ Spanja.

L-aktar rotta popolari għal pellegrinagg hija dik ta’ 112 kilometru li hija l-aħħar parti tal-vjaġġ.

Kull sena eluf jagħmlu dan il-vjaġġ: ħafna bil-mixi; oħrajn fuq ir-rota; xi wħud jagħmlu l-vjaġġ fuq iż-żiemel jew il-ħmara.

L-għanijiet ivarjaw; hemm min iqis il-mixja bħala irtir spiritwali; għall-oħrajn huwa sfida fiżika u mentali. Hemm ukoll min jagħmel il-mixja minħabba is-sbuħija naturali u storika tar-rotta.

Ann Petroni tifforma parti minn dan il-grupp ta’ 25 ruħ li se jagħmlu l-mixja biex jiġbru il-fondi għall-Hospice Movement u l-fondazzjoni flimkien għall-ambjent aħjar. Qalet li kienet deċizjoni diffiċli għax għadha qed tirkupra minn operazzjoni li għamlet f’saqajha tliet xhur ilu izda tixtieq tgħin lil ħaddieħor.

Id-dettalji dwar din l-attivita ingħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-kwartieri tal-Hospice Movement.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-President tar-Repubblika George Vella ħabbar li Adrian Delia għandu jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni ħalli dan ir-rwol ma jibqax vakanti, anki jekk tilef l-appoġġ tal-akbar grupp singlu ta’ membri parlamentari f’oppożizzjoni għall-Gvern….

Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Aktar