Bil-filmat: Eletta Miriam Dalli

Il-kandidata tal-Partit Laburista Dr Miriam Dalli ġiet eletta bħala t-tielet Membru Parlamentari Ewropej fl-elezzjonijiet li saru s-Sibt li għadda. Dr Dalli hija t-tieni mara li ġiet eletta f’dawn l-elezzjonijiet wara li kmieni dalgħodu ġiet eletta wkoll l-ewwel kandidata tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metzola.

Fl-ewwel kummenti tagħha, Miriam Dalli qalet li lesta t-terfa’ r-responsabbiltà.

Dalli ġiet eletta fit-23 għadd wara li wirtet il-21 vot li kien għad fadlilha mingħand il-kandidat Laburista Lino Bianco. Hija ġiet eletta xejn anqas minn 55 siegħa wara li beda l-proċess tal-għadd tal-voti.

Dr Dalli hija t-tieni kandidata li ġiet eletta f’isem il-PL wara Dr Alfred Sant kien elett bi ftit anqas minn 49,000 vot. Fi tmiem il-22 għadd, Dalli kellha 35,958 vot, wara li wirtet 49 vot mingħand il-kandidat Nazzjonalista Norman Vella.

Miriam Dalli hija t-tieni mara eletta b’mod dirett fl-istorja tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Filmat imxandar minn TVM kien strumentali biex tliet ‘bouncers’ instabu ħatja li weġġgħu gravi lil żewġt irġiel f’Paceville. Fil-ftuħ tas-sentenza l-Maġistrat Joseph Mifsud iddikjara li l-każ kien wasal quddiem il-Qorti wara…

Qorti

Mill-investigazzjoni nstab li Lorin Scicluna kellu erba’ armi tan-nar reġistrati f’ismu fosthom waħda tad-9 millimetri. Qabel ħadu lil Lorin id-Depot, il-Pulizija marru sad-dar tiegħu u minn taħt is-sodda ġew elevati…

Qorti

Fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud li qal li għall-ħabta tal-23:10 seħħet sparatura fi Triq tal-Ġebel li fiha kien hemm persuna maqtula u tnejn oħra midruba. L-Ispettur Arnaud qal li…

Qorti

Fil-Qorti, bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra ż-żewġ suldati akkużati bil-qtil fis-6 ta’ April li għadda ta’ Lassine Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju. Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn…

Aktar