Barranin
Elezzjoni Renju Unit: Il-Partit Konservattiv immexxi minn Boris Johnson jinsab fuq quddiem skont is-sondaġġi

Ġimgħa qabel ir-Renju Unit ikollu Gvern ġdid, il-Partiti politiċi jinsabu għaddejin bil-kampanja elettorali tagħhom. Fl-istħarriġ tal-fehma pubblika, il-Partit Konservattiv immexxi minn Boris Johnson jinsab fuq quddiem, iżda Johnson qiegħed jiffaċċja kritika għax ma ffaċċjax l-iskrutinju ta’ ġurnalist tal-BBC, kif għamlu l-bqija tal-mexxejja tal-partiti politiċi.

Il-Brexit baqgħet it-tema ewlenija fil-kampanja elettorali fir-Renju Unit.

Waqt sensiela ta’ intervisti mal-BBC, il-mexxejja tal-partiti ewlenin ġew skrutinizzati dwar il-proposti tagħhom. Il-Prim Ministru Boris Johnson li qiegħed jikkampanja biex Brexit iseħħ fl-aħħar ta’ Jannar kien l-uniku mexxej li għażel li ma jaffaċċjax il-mistoqsijiet tal-ġurnalista Andrew Neil.

”We have been asking him for weeks now to give us a date, a time, a venue. As of now, none has been forthcoming. No broadcaster can compel a politician to be interviewed. But leaders interviews have been a key part of the BBC’s primetime election coverage for decades. We do them on your behalf to scrutinise and hold to account those who would govern us. That is democracy.”

Fl-intervista tiegħu, il-mexxej Laburista Jeremy Corbyn qal li Gvern Laburista jerġa’ jinnegozja l-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea u jsejjaħ referendum ieħor, iżda ma qalx jekk huwiex favur jew kontra Brexit.

“The Labour government will carry out the decision of that referendum. I will be the honest broker that will make sure that the referendum is fair and make sure that the leave deal is a credible one and the remain option is alongside it.”

Il-kap tal-liberali demokratiċi Jo Swinson, qalet li anki jekk ma jiksbux maġġoranza biex jiffurmaw Gvern, il-liberali demokratiċi ser jaħdmu ma’ partiti oħra biex iwaqqfu Brexit milli jseħħ.

”Liberal Democrats will work to stop Brexit, we will support legislation that puts in place a people’s vote and we will work across parties.”

L-istharriġ tal-fehma pubblika qegħdin jindikaw li fl-aħħar xahar il-partit konservattiv u l-partit laburisti kellhom żieda fl-appoġġ ta’ madwar tmienja fil-mija kull wieħed, filwaqt li l-liberali demokratiċi u l-partit favur Brexit tilfu l-appoġġ. Skont is-sondaġġi, il-partit Konservattiv baqa’ jżomm l-akbar appoġġ.”

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump, waqt li jinsab f’Davos l-Iżvizzera għall-Forom Ekonomiku Dinji, qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat, fil-kapitali Amerikana Washington, li għandu jiddetermina jekk Trump jitneħħiex minn President. Hu…

Barranin

Minn żmien għal żmien nisimgħu ħafna li nstabet xi tip ta’ kura għall-kanċer. Tim fl-Università ta’ Cardiff skopra li parti mis-sistema imunitarja tista’ tittratta l-kanċer. Ir-riċerka, li ġiet ippubblikata f’Nature…

Barranin

Fl-Ingilterra, studju ġdid qed jipproponi li anke irġiel mejta jistgħu jkunu donaturi tal-isperma hekk kif naqsu b’ħafna d-donaturi. Il-Journal of Medical Ethics jgħid li din il-proposta hija etika biżżejjed jekk…

Aktar