Partit Laburista
Elezzjoni tikkontestaha bi programm ċar – PM

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar l-importanza tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista għax qal li permezz tagħha, il-Partit se jibni s-sisien tal-kampanja elettorali tiegħu, li se tibda l-Ħadd li ġej.

Intervistat fuq l-istazzjon ONE, Dr Muscat sostna li elezzjoni tikkontestaha bi programm ċar. Dr Muscat tkellem dwar il-pjan ta’ ħidma għall-pajjiż u qal li l-Gvern hu impenjat iwettaq dak li jwiegħed. Il-Prim Ministru qal li meta tmur quddiem in-nies, trid tmur b’offerta u qal li l-Partit Laburista għandu proposti fuq livell nazzjonali u lokali. Dr Muscat qal li l-Partit Laburista għandu manifest elettorali għal kull lokalità li qal hu riżultat ta’ konsultazzjoni twila.

Il-Prim Ministru tkellem dwar il-bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed fl-istituzzjonijiet Ewropej. Irrimarka li l-Partit Laburista dejjem ħadem favur Malta, kien min kien fil-Gvern. Żied jgħid li fl-elezzjonijiet li ġejjin, in-nies se jagħtu ġudizzju mhux biss fuq il-ħidma tal-Membri Parlamentari Ewropej iżda se jiġġudikaw l-attitudni għax qal li mhux biżżejjed tgħid li trid taħdem għal Malta iżda l-kwistjoni hi kif taħdem għall-pajjiż.

Dr Muscat stqarr li fis-sigħat li ġejjin se toħroġ statistika Ewropea dwar il-finanzi tal-pajjiż li se turi jekk il-pajjiż irreġistrax surplus għat-tielet konsekuttiva. Dr Muscat qal li minkejja li l-Gvern żied il-pensjonijiet kull sena, dan mhux biżżejjed u qal l-Gvern se jkompli jżid il-benefiċċji u jgħin lil min qiegħed fil-kera. Qa li għaddejja ħidma fuq diversi wegħdiet elettorali fosthom li tingħata għajnuna lil min għandu iktar minn 40 sena biex ikollu proprjetà tiegħu.

Dr Muscat ħeġġeġ liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena li se jivvutaw għall-ewwel darba bir-riforma li għamel il-Gvern. Appellalhom biex joħorġu jivvutaw lil min iridu u jeżerċitaw dan id-dritt.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar