Elezzjonijiet fi Spanja: Podemos u Ciudadanos jiksbu popolarità

Żewġ gruppi politiċi relattivament ġodda Spanjoli kisbu numru sostanzjali ta’ voti fl-elezzjonijiet lokali u reġjonali fi Spanja, u b’hekk tnaqqret sostanzjalment il-popolarità taż-żewġ partiti kbar tradizzjonali fil-pajjiż.

Il-Partit Popolari fil-Gvern ġab 27 fil-mija tal-voti iżda kiseb l-agħar riżultat fl-aħħar 20 sena. Il-partit tal-Prim Ministru Mariano Rajoy jista’ jitlef ukoll is-sindakat ta’ Madrid wara 20 sena fit-tmexxija. Il-Partit Soċjalista ġie t-tieni b’25 fil-mija tal-voti.

Is-Soċjalisti iżda ukoll ma ġabux maġġoranzi assoluti f’ħafna bliet. Għalhekk iż-żewġ partiti l-kbar iridu jinnegozjaw koalizzjonijiet mal-partiti żgħar bħal Ciudadanos u Podemos li hu partit ċentru xellugi li jaħdem kontra l-awsterità li fost l-oħrajn se jkun fi tmexxija ta’ Barcelona.

Ir-riżultat elettorali fi Spanja juri li se jkun hemm gvern regjonali ta’ koalizzjoni fi 13 minn 17 -il regjun.

Ir-ritratt fuq juri lill-kandidata għas-sindikat ta’ Madrid, Manuela Carmena li tirrapreżenta l-koalizzjoni tax-xellug appoġġjata minn Podemos flimkien ma’ partitarji jiċċelebraw ir-riżultat tal-elezzjoni f’Madrid.