Barranin
Elezzjonijiet parlamentari fil-Ġermanja: Min se jkun is-suċċessur ta’ Merkel?

Illum qed isiru l-elezzjonijiet parlamentari fil-Ġermanja bit-tellieqa titqies bħala waħda mill-iżjed kkontestati fl-istorja riċenti Ġermaniża.

Id-domanda dwar min se jkun is-suċċessur lil Angela Merkel għadha miftuħa beraħ bil-kanċillier tingħaqad mal-kandidat konservattiv Armin Laschet waqt dimostrazzjoni li saret fil-belt ta’ Aachen.

Hija ħeġġet favur il-kontinwità u l-istabbiltà għall-ġenerazzjonijiet żgħar Ġermaniżi.

Stħarriġ dwar il-popolarità tal-kandidati madankollu jindika li ma hemmx possibilità li jiksbu rebħa f’dan l-istadju bir-riżultat sa issa jkun wieħed imprevedibbli.

Madwar sittin miljun Ġermaniż huma eliġġibli li jivvotaw fl-elezzjonijiet bl-indikazzjonijiet dwar min rebaħ mistennija jkunu magħrufa għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija meta tintemm il-votazzjoni.