Barranin
Elezzjonijiet reġjonali fit-Tramuntana ta’ Spanja fost il-kriżi tal-Covid-19

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu li għadda.

L-awtoritajiet fil-belt ta’ Bilbao, żiedu l-għadd ta’ postijiet ta’ votazzjoni b’25% bil-għan li tinżamm id-distanza soċjali bejn il-votanti.

L-elezzjonijiet fiż-żewġ reġjuni kellhom isiru f’April, imma ġew posposti wara li Spanja daħlet f’lockdown fil-bidu ta’ Marzu.

L-awtoritajiet qalu li l-madwar 450 persuna li għandhom il-coronavirus fiż-żewġ reġjuni mhux se jitħallew jivvutaw.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Biex titneħħa kull traċċa possibli tal-Coronavirus, fil-ħemda tal-lejl, Transport Malta qed jiffumigaw il-karozzi tal-linja li jintużaw waqt is-servizz tat-trasport pubbliku matul il-ġurnata. Dan qed isir kuljum biex tonqos il-probabiltà li…

COVID-19

B’effett mil-lum ir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-massa ġew estiżi għall-bars, il-klabbs u d-diskoteki. Wara li aktar minn 40 każ attivi tal-COVID-19 f’Malta huma marbuta mal-mekka tad-divertiment f’Paceville, issa permezz tal-Avviż Legali…

Barranin

Wara tlett xhur mingħajr ebda każ ġdid ta’ COVID-19 fi New Zealand, reġgħu bdew ifeġġu l-każi ġodda, wara li fl-aħħar jiem instabu erbatax il-każ ġdid. L-espert ewlieni tas-saħħa fi New…

Barranin

Test meħud minn lott ta’ ġwienaħ tat-tiġieġ impurtat mill-Brażil lejn iċ-Ċina mmarka pożittiv għall-Covid-19. CNN qed jirrapporta li l-każ seħħ fil-belt Ċiniża ta’ Shenzhen, fejn instab li xi ikel impurtat…

Aktar