Edukazzjoni
Elf familja bi tfal vulnerabbli jsibu l-ħniena

Bejn Marzu u Ġunju, bl-iskejjel magħluqa minħabba l-Covid-19, mal-elf u mitt tifel u tifla ġew mgħejjuna mill-Malta Trust Foundation b’servizz ta’ counselling għalihom u għall-ġenituri tagħhom. Counsellors professjonali qalu lil TVM li waqt il-pandemija, diversi familji kellhom sfidi akbar fosthom ta’ separazzjonijiet u ta’ ġenituri li ma bdewx ilaħħqu mal-esiġenzi ta’ wliedhom.

Counsellors li jaħdmu mal-Malta Trust Foundation qalu lil TVM li matul l-aħħar erba xhur minkejja li l-iskejjel kienu magħluqa, żammew kuntatt kontinwu mal-istudenti u l-familji tagħhom biex ma jaqgħux lura. Il-programm Blossom tal-Malta Trust Foundation u  Deloitte  Foundation ilu mil-2016 joffri servizz ta’ counselling lil studenti mill-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar u dan l-aħħar dawk li jattendu fl-iskola medja tan-Naxxar. Il-counsellors Rita Galea u Isabelle Anastasi qalu li l-isfidi ta’ wħud mill-istudenti waqt il-Covid 19 komplew jikbru fosthom minħabba familji bi problemi finanzarji u oħrajn bi problemi bejn il-ġenituri.

”Xi ġenituri tilfu x-xogħol u spiċċaw bla finanzi, tfal imqajjmin, fridge tinfetaħ u tingħalaq u ikel problema.”

Sarah Bondin, mill-Malta Trust Foundation, spjegat li s-servizz Blossom huwa programm kontinwu li jibqa’ ħaj bil-flus investiti mill-kumpaniji privati bħala parti mill-kontribuzzjoni soċjali tagħhom.

Fl-iskola ta’ San Pawl il-Baħar, fejn jattendu ‘l fuq minn elf tifel u tifla ta’ 65 nazzjonalità differenti, l-isfidi huma iktar kumplessi. Il-counsellor Isabelle Anastasi qalet li l-kuntatt mat-tfal isir mill-inqas darba jew darbtejn fil-ġimgħa, u li bl-użu tat-teknoloġija setgħu mhux biss ikellmu lit-tfal iżda anki lill-ġenituri.

”Kellna tfal li qatgħu l-kuntatt, ingħalqu fil-kamra u ma ħarġux, tfal bi problemi tat-teknoloġija, ma setgħux ilaħħqu.”

Il-counsellors qalu li s-servizz jaħdem id f’id mal-programm tal-counselling tad-dipartiment tal-edukazzjoni u jingħataw ukoll appoġġ minn entitajiet oħra tal-Gvern bħall-Aġenzija Appoġġ. Immexxija mill-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, il-Malta Trust Foundation għandha wkoll il-programm Food Aid li permezz tiegħu jitqassam ikel lil familji vulnerabbli.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Aktar