Lokali
Eli – iben Fallon Mallia joħroġ mill-isptar

Eli Mallia, it-tifel involut fl-inċident tat-traffiku li ħasad il-ħajja ta’ ommu u nanntu u ħalla midruba lil buż nanntu u xi persuni oħrajn, ħareġ mill-isptar.

L-aħbar sabiħa tħabbret minn zitu Andonia Mallia fuq il-midja soċjali. Kienu bosta li ferħu bl-aħbar u xtaqulu l-fejqan ta’ malajr filwaqt li offrew kwalunkwe għajnuna li l-familja Mallia jkollha bżonn.

Ilbieraħ ingħatat l-aħħar tislima lil Graziella u Fallon Mallia fis-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar wara li tilfu ħajjithom traġikament fi Triq L-Imġarr, fl-Imġarr nhar il-Ħadd filgħaxija.

Ara wkoll:

Graziella u Fallon kienu qishom “ħabel u satal” – iċ-ċelebrant tal-funeral

Graziella u Fallon Mallia l-vittmi tal-inċident fl-Imġarr

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Fl-aħħar sentejn sar b’aktar minn miljun Ewro f’xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fi 32 blokka ta’ appartamenti tal-Gvern f’Ħal Qormi. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li b’dan l-investiment…

Trasport

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’arranġament ma’ Transport Malta, se jiġi offrut is-servizz ta’ trasport b’xejn aktar kmieni mis-soltu, is-Sibt 25 ta’ Mejju. Dan qiegħed isir biex jiġi ffaċilitat…

Elezzjoni

L-FKNK fi stqarrija ħeġġet lill-kaċċaturi u nassaba u l-familji tagħhom ma jastjenux milli jivvutaw nhar is-Sibt li ġej. Dan l-għaqda qalitu għaliex temmen li biex jissolvew il-problemi li nħolqu għad-delizzju tal-kaċċa…

Elezzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar illi l-votanti li għadhom ma ġabrux id-dokumenti għall-vot relatat mal-elezzjonijiet imsemmija jistgħu jiġbruhom personalment illum sal-10pm u għada mit-8am sa nofs il-lejl mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Għall-votanti rreġistrati…

Aktar