Eurovision
Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru.

Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament.

Eliana tat interpretazzjoni tal-kanzunetta Sto Male.  Fl-2018, Eliana rebħet l-Għanja Tal-Poplu Żgħażagħ 2018 bid-dwett ‘Dwell’.

Tnax-il kantant u kantanta semmgħu l-vuċi u t-talent mużikali tagħhom quddiem ġurija magħmula minn Claudia Faniello, Ela Mangion u Deo Grech.  Ħamsin fil-mija tal-voti ġew mill-votazzjoni onlajn u l-ħamsin l-oħra ngħataw mill-ġurija.

Intant, mistenni jibda l-proċess biex tintagħżel il-kanzunetta li Eliana se tkun qed tkanta u tinterpreta fil-Polonja.

 

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Il-Bank HSBC ħabbar li se jnaqqas 35,000 impjieg fit-tliet snin li ġejjin. Il-bank qal li qed jimmira li globalment inaqqas l-ispejjeż b’aktar minn erba’ biljun ewro sal-2022 filwaqt li jnaqqas…

Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Aktar