Mużika
Eliana preparata biex tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest

L-istudenti fl-iskola St Joseph ta’ Blata l-Bajda b’sens qawwi ta’ entusjażmu awguraw lil kollega taghhom Eliana Gomez Blanco qabel ma tħalli Malta lejn il-Polonja fejn għaxart ijiem oħra se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest fejn se tkanta ma rapprerzentanti ta’ 18-il pajjiż ieħor.

Il-kap tal-iskola Roberta Mifsud Bonnici qalet li Eliana minn dejjem uriet it-talenti mużikali tagħha. “Eliana kienet ħadet sehem fis-soiree tal-iskola u konna norganizzaw il-prize days.”

Eliana li għandha 14-il sena, se tinterpreta d-diska, “We Are More” waqt is-sbatax-il edizzjoni ta’ dan il-festival li fl-ahhar sitt snin intrebaħ darbtejn minn Malta.

Eliana Gomez Blanco qalet “ninsab vera looking forward ħafna u lesta biex nagħmel unur lil pajjiżi. Diġà nitkellmu bejnietna, għamilna ħbieb minn qabel allura sejra hemmhekk u looking forward għal xi ħaġa oħra, meta se niltaqgħu żgur se nkunu kuntenti u ferħanin”.

Dwar il-wirja tagħha Eliana qalet li se żżommha sorpriża iżda se tagħmel l-almu tagħha biex toffri wirja mill-isbaħ bil-kanzunetta tagħha “We are More”.

“Ninsab ċerta li se tingħoġob mal-Maltin u mal-barranin u se nagħmlu l-almu tagħna biex nipperfezzjonaw kollox,”. Mistoqsija jekk hux se jkun hemm xi żifna li takkumpanja l-wirja, Eliana qalet “jista’ jkun iva u jista’ jkun le… sorpriża”.

Iċ-ċittadini Maltin li jinsabu f’Malta u barra minn Malta, jistgħu jibdew jivvotaw għal ħames kanzunetti favuriti tagħhom, fosthom għal kanzunetta Maltija min-nhar il-Ġimgha 22 ta’ Novembru, minn fuq il-web portal, junioreurovision.tv.

Il-festival ser jixxandar dirett fuq TVM nhar il-Ħadd, 24 ta’ Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-prekawzjonijiet minħabba l-Covid qanqlu l-ħtieġa għal aġġustamenti fil-mod kif jiġu organizzati l-festivals u l-avvenimenti. Għal dan il-għan, Festivals Malta fasslet Festival li qed issir abbord double decker li qed iddur…

Kultura

Heritage Malta flimkien mal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali, ġabu lura Malta pittura prestiġġjuża ta’ Mattia Preti li sal-aħħar tas-seklu 19 kienet fil-Palazz tal-Granmastru l-Belt u mbagħad spiċċat f’kollezzjoni privata l-Istati Uniti….

Qorti

Ingliż ta’ 43 sena, Neil Andrew Bebbington li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex ingħata sentenza ta’ probation wara li ammetta li fl-2018 kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina u kannabis. Huwa kien akkużat…

Aktar