Kronaka
Elisa Buhagiar kellha tieħu sehem f’kunċert tal-iskola…

It-tifla ta’ 10 snin li mietet fl-inċident tal-bieraħ hija Elisa Buhagiar u kienet tmur l-iskola ta’ St Joseph tal-Blata l-Bajda.

Fl-inċident, missier Elisa tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu fi Triq il-Prajjiet b’konsegwenza li l-karozza nqalbet u baqgħet titkaxkar.

Fil-karozza kien hemm ukoll tifla oħra ta’ 10 snin, il-ħabiba ta’ Elisa.

L-iskola tinsab f’luttu tant li l-kunċert ta’ tmiem is-sena tal-iskola ħassruh. Elisa kienet mistennija tieħu sehem fih.

Ara wkoll:

ARA : Tmut tifla ta’ 10 snin wara li missierha nqaleb bil-karozza

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar organizzat żewġ ċerimonji tal-għoti tal-premjijiet lill-Promoturi tal-Qari/Reading Champions. Dawn saru nhar il-Ħamis, 7 ta’ Novembru 2019…

Lokali

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, ltaqa mal-linji tal-ajru fi Brussell, biex flimkien jiddiskutu t-tnaqqis fl-emissjonijiet. Dan wara li disa’ pajjiżi Ewropej ipproponew taxxa ġdida għall-emissjonijiet mill-ajruplani. Aħbar li ntlaqgħet b’diżappunt mil-linji…

Kronaka

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’Ħal Balzan. L-inċident seħħ llum għall-ħabta tal-ħdax, fi Vjan De Paule f’Ħal Balzan, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn…

Aktar