Kronaka
Elisa se tingħata l-aħħar tislima għada – appell biex jintlibes l-abjad

Iċ-ċkejkna Elisa Buhagiar, li tilfet ħajjitha fl-20 ta’ Ġunju f’inċident tat-traffiku fil-Manikata, se tingħata l-aħħar tislima għada.

Il-funeral ta’ Elisa se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ fit-3.30 ta’ waranofsinhar, bil-qraba tagħha jappellaw biex jintlibes l-abjad.

Kienu bosta dawk li fl-aħħar jiem esprimew sogħba għall-mewt ta’ Elisa, foshom sħabha fl-iskola St Joseph, u anki gruppi varji tal-Iscouts, hekk kif Elisa kienet membru tal-Iscouts tal-Imtarfa.

Ara wkoll:

Elisa Buhagiar kellha tieħu sehem f’kunċert tal-iskola…

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li d-deċiżjoni tal-President dwar il-kariga tiegħu għandha tkun rispettata minn kull min jemmen fis-saltna tad-dritt u b’rispett lejn il-Kostituzzjoni. F’messaġġ fuq il-midja…

Knisja Maltija

Sittax-il persuna minn oqsma differenti tas-soċjetà f’Għawdex temmew l-ewwel kors dwar il-ħarsien tal-minuri akkreditat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla. Il-kors ingħata mill-Istitut għall-Ministeru Pastorali – li twaqqaf apposta biex jagħti formazzjoni…

Kronaka

Mara ta’ 57 sena li toqgħod is-Swieqi weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fis-Swieqi. Il-Pulizija qalet lu l-inċidident fi Triq il-Ħemel seħħ għall-ħabta tal-4.30pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Aktar