Barranin
Eluf evakwati minn darhom minħabba l-ikbar nirien fl-istorja tal-istat ta’ Oregon, l-Amerka

Fl-istat Amerikan ta’ Oregon, aktar minn elfejn pumpier jinsabu f’ġirja kontra l-ħin biex jitfu wieħed mill-ikbar nirien fl-istorja tal-istat – l-hekk imsejjaħ Bootleg Fire.

Eluf ta’ persuni ġew evakwati minn darhom mindu beda n-nar fis-sitta ta’ dan ix-xahar u diġà ħaraq żona akbar mill-belt ta’ Los Angeles.

Dan huwa wieħed minn aktar minn 80 nar li tkebbsu fi tlettax-il stat Amerikan f’ħafna każi minħabba l-mewġa ta’ sħana u riħ qawwi.