Lokali
Eluf igawdu l-wirt storiku fil-Forti Sant’ Iermu

Il-qlubija tal-poplu Malti hija parti integrali mill-istorja u dan jixhduh binjiet u fortizzi storiċi, mhux l-inqas il-Forti Sant’ Iermu. Illum dan huwa attrazzjoni turistika li jiġbed lejh eluf ta’ viżitaturi, iżda dari kien il-punt ewlieni tad-difiża tal-gżejjer Maltin. Heritage Malta llum fetħet il-bibien tal-Forti Sant’ Iermu għall-pubbliku, li bl-eluf attendew biex jammiraw u japprezzaw l-istorja maestuża ta’ dan il-forti.

Bosta Maltin u turisti attendew għall-“Open Day” tal-Forti Sant’ Iermu fejn ngħataw iċ-ċans iterrqu l-ispazji tal-forti li nbena fi żmien il-Kavallieri fis-seklu sittax u huwa ddedikat għall-qaddis patrun tas-suldati.

Id-dħul għall-forti kien mingħajr ħlas u familji, żgħażagħ, tfal u anzjani setgħu japprezzaw il-wirt kulturali rikk permezz xeni drammatizzati u l-parati tal-In Guardia u wirjiet interattivi fil-mużew nazzjonali tal-gwerra.

Biex jikkumplimenta l-atmosfera storika intrama suq tal-artiġġjanat qrib l-esebizzjoni tal-arti. The Schranz family of artists – a journey of rediscovery li wkoll qed tintwera fil-forti u d-dokumenti tat-tieni gwerra dinija li qed ikunu esebiti fil-Kappella ddedikata lil Sant Anna.

Il-kuratur tal-forti Luisiana D’Amato spjegat li l-attivitajiet bħal dawn jagħmlu l-istorja ta’ Malta aktar aċċessibbli għal ġenerazzjonijiet ta’ Maltin u turisti.

Il-Kuratur tal-Forti, Luisiana D’Amato qalet ”inbniet mill-Kavallieri fl-1552 u għandha l-istorja twila tagħha, kemm waqt il-Kavallieri, Franċiżi Ingliżi… għandek kważi kważi l-istorja kollha ta’ Malta li tibqa’ għaddejja throughout is-snin kollha fil-verità.”

Anki l-mużew nazzjonali tal-gwerra jagħmel parti mill-forti bl-attrazzjonijiet ewlenin ikunu l-George Cross li ngħata lill-Maltin mir-Re Ġorġ sitta għall-qlubija li wrew fit-tieni gwerra dinija.

Fil-mużew hemm ukoll l-ajruplan Faith, wieħed mit-tliet ajruplani li l-qawwiet Ingliżi kellhom f’Malta biex jissieltu l-iskwadri tal-arju taljani fit-Tieni Gwerra Dinija.

Il-Kuratur tal-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, Charles Debono qal ”il-mużew nazzjonali tal-gwerra ma jittrattax biss it-tieni gwerra dinija… imma l-istorja miltari ta’ Malta mill-preistorja sal-2004.”

L-attivitajiet intlaqgħu tajjeb mill-eluf li attendew, b’uħud jistqarru li saru konxji ta’ aspetti storiċi li ma kinux mgħarrfa dwarhom.

Forti Sant’ Iermu reġa’ nfetaħ għall-pubbliku tliet snin ilu wara eżerċizzju estensiv ta’ restawr li sar fih.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar