Barranin
Eluf jattendu għall-battalja medjevali tal-larinġ

Il-Battalja tal-Larinġ f’ Ivrea għal ħafna titqies bħala ħela ta’ larinġ imma għaċ-ċittadini ta’ din il-belt fit-Tramuntana tal-Italja din hi tradizzjoni storika. L-organizzaturi jgħidu li dan il-larinġ mhux tajjeb biex jittiekel

Aktar minn erbgħin elf persuna attendew għall-Battalja tal-Larinġ, li ssir kull sena fil-belt ta’ Ivrea, fit-Tramuntana tal-Italja. Dan l-avveniment jmur lura għall-Medjuevu, b’persuni lebsin kostumi medjevali kuluriti jissuttaw il-larinġ lil xulxin . . . fi tmiem il-battalja t-toroq ikunu kompletament miksija b’larinġ mifqugħ.

L-istorja tmur għaż-żmien meta Ivrea nħellset minn taħt idejn dittatur.

Fis-snin 30, tfajliet minn din il-belt bdew jitfgħu larinġ, fjuri u konfetti mill-galleriji għal fuq il-parata tal-karnival bil-għan li jiġbdu l-attenzjoni tal-irġiel. Maż-żmien din id-drawwa nbidlet l-ewwel fi dwell u mbagħad fi ġlieda bil-larinġ bejn nies fil-galleriji u oħrajn fit-toroq.

Għal persuni li jieħdu sehem, din mhijiex biss battalja bil-larinġ imma wkoll storja popolari.

Federica Mussano qalet li “si aspetta tutto questo tutto l’anno e non ce niente altro di melio di vivere queste tre giorni di battaglia.”

Luca Simoncello stqarr li “e una battaglia ma anche una storia e quindi non e solo uno sfogo di gente che tira l’arance.”

Kull sena mal-500 tunnellata ta’ larinġ min-naħa t’isfel tal-Italja jintuża bħala arma f’din il-battalja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

66 passiġġier huma maħsuba mejta wara li l-ajruplan li kienu abbord fuqu tilef il-kontroll fl-Iran, fiż-żona tal-muntanji Zagros. L-inċident seħħ meta l-ajruplan kien qed itir bejn Tehran u Yasuj. Il-kundizzjoni…

Barranin

13-il persuna, fosthom 3 itfal inqatlu u 15 inarbu wara li ħelikopter militari ġġarraf fil-Messiku. 12 minnhom (5 nisa, 4 irġiel u 3 itfal) mietu fuq il-post iżda persuna oħra…

Barranin

Terremot meqjus bħala wieħed żgħir laqat partijiet minn Wales u l-Ingilterra. It-theżżiż li tkejjel 4.4 fuq l-iskala Richter inħass l-iktar fin-nofsinhar ta’ Wales u fil-Lbiċ tal-Ingilterra u anke fil-Midlands. Ma…

Aktar