Lokali
Eluf jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu s-Sibt waqt il-velja ta’ talb.

L-34 Jum Dinji taż-Żgħażagħ se jiġi ċċelebrat fil-Panama, pajjiż fl-Amerka Ċentrali bejn Kosta Rica u l-Kolombja. Aktar minn mitejn elf żagħżugħ u żagħżugħa minn 155 pajjiż mistennija jingħaqqdu mal-Papa Franċġisku għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ fidi li saret appuntament annwali fil-kalendarju tal-Knisja. L-attendenza taż-żgħażagħ Ewropej din is-sena mhux mistennija tkun b’saħħitha daqs tas-snin oħra. Fil-fatt, huma ftit waħdiet il-Maltin li marru l-Panama.

Id-delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ, Benjamin Flores Martin spjega li dan hu żmien l-eżamijiet għal ħafna żgħażagħ fl-Ewropa.

“Huwa aktar diffiċli biex tivvjaġġa f’Jannar f’pajjiż bħal dak jiġifieri dak mhux se tivvjaġġa għal ġimgħa biss ġeneralment imorru għal xi ġimagħtejn/tlieta u biex titlaq lejn il-Panama f’nofs l-eżamijiet huwa daqsxejn diffiċli.”

It-tema għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ hija meħuda mill-Evanġelju ta’ San Luqa: Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kellmtek!. Is-Sur Flores Martin qal li din it-tema tkompli fuq il-ħsieb tas-Sinodu tal-Isqfijiet biex iż-żgħażagħ ikomplu jiddexxernu dwar dak kollu li Alla qed isejħilhom biex jagħmlu f’ħajjithom. Id-delegat tal-Arċisqof qal li l-Knisja torganizza diversi attivitajiet biex tkun eqreb taż-żgħażagħ u tlaqqqa’ żgħażagħ minn parroċċi differenti.

“Din is-sena se nagħmlu seminar partikolari fejn nilqgħu liż-żgħażagħ Villa Bighi ħa jkun jismu Boost. Ħa nkunu qed nisimgħu l-esperjenzi u ngħinuhom anke joħorġu u jitkellmu ma’ żgħażagħ oħra minn parroċċi differenti.”

Il-qofol tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ jintlaħaq nhar is-Sibt b’velja ta’ talb mal-Papa Franġisku u l-quddiesa tal-Ħadd. Il-Papa nieda wkoll pjattaforma diġitali ġdida bl-isema “Click to Pray” bil-ħsieb li tgħarraf lin-nies dwar dak li l-Papa jkun qed jitlob bħal paċi fid-dinja jew għall-poplu ta’ pajjiż milqut minn xi diżastru naturali. “Click to Pray” hija l-pjattaforma uffiċjali ta’ talb għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar