Immigrazzjoni
Eluf ta’ barranin qed jistinkaw biex jitgħallmu l-Malti

Is-sena li għaddiet, elfejn persuna barranija ħadu kors fil-Malti u l-kultura Maltija bħala parti mill-istrateġija favur l-integrazzjoni u l-inklussività.

Is-Segretarju Parlamentari għall-ugwaljanza u riformi Rosianne Cutajar, waqt żjara fl-uffiċini tad-direttorat għad-drittijiet umani u Integrazzjoni f’Raħal Ġdid, qalet li korsijiet bħal dawn huma ta’ siwi kbir biex il-persuni barranin iħossuhom parti mis-soċjetà.

“Mhux qed neskludi li bħalma jiġri f’pajjiżi Ewropej, nabbinaw jew kundizzjonijiet tal-working permit li wieħed jieħu kors fil-lingwa ta’ dak il-pajjiż għax għandna sitwazzjoni fejn barranin mhux talli ma jafux bil-Malti iżda lanqas bl-Ingliż u allura din hija problema.”

Alex Tortell, il-Kap tat-Taqsima integrazzjoni qal li diġà sar pass f’din id-direzzjoni għaliex fost oħrajn il-carers li jagħtu kura fi djar residenzjali tal-anzjani qed jingħataw kors tal-lingwa Maltija biex ikunu jistgħu jikkomunikaw aħjar mal-anzjani.

Gabi Calleja, Kap tat-taqsima LGTBIQ qalet li hemm bżonn ta’ iktar riżorsi umani għaliex id-domanda għas-servizzi qegħda dejjem tiżdied. Hija qalet li d-direttorat jaħdem biex jinbidlu il-policies u liġijiet tal-pajjiż f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet ta’ razziżmu, kwistjonijiet ta’ LGBTIQ u integrazzjoni. Id-direttorat jagħti wkoll taħriġ lill-għalliema tal-PSCD dwar l-integrazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar