Lokali
Emma mat-tim l-abjad għas-serale ta’ Amici mis-Sibt li ġej

Fl-aħħar programm ta’ Amici s-Sibt wara nofsinhar, sar magħruf kif se jkunu magħmulin iż-żewġ timijiet ta’ parteċipanti fl-edizzjoni tas-serale li se tibda nhar is-Sibt li ġej.

Il-kantanta Maltija Emma se tkun qed tifforma parti mit-tim l-abjad, u magħha se jkun hemm Zic, Irama, Valentina, Daniele, Filippo u Luca.  It-tim tal-blu se jkun magħmul minn Biondo, Einar, Carmen, Matteo, Bryan, Sephora e Lauren.  Dan ifisser li huma 14-il finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Amici.

I Bianchi e i Blu

Ix-xandiriet li se jsiru minn issa ‘l quddiem se jkunu maqsumin fi tliet fażijiet, l-ewwel se jkun hemm il-ġudizzju tal-għalliema, fit-tieni se jagħżlu n-nies bit-televoting, u fit-tielet fażi se jkun hemm kummissjoni esterna li se tiddeċiedi.  Din tikkonsisti f’Simona Ventura, Giulia Michelini, Heather Parisi, Ermal Meta, Alessandra Amoroso u Marco Bocci.

Emma għaddiet għall-fażi finali ta’ Amici fil-programm li xxandar fl-24 ta’ Marzu.  Ġimgħatejn ilu kienet ikklassifikat l-ewwel meta l-pubbliku ntalab jesprimi l-opinjoni tiegħu u jivvota lil min jixtieq jara fis-serale tal-programm.  Din hija l-ewwel dabra li hemm parteċipanta Maltija f’dan il-programm tant segwit.  L-aħħar fażi ta’ Amici tixxandar mis-Sibt li ġej fid-9.10pm.

Ara wkoll:

ARA: Emma Muscat tgħaddi għall-fażi finali t’Amici

Emma tiġi l-ewwel fil-klassifika ta’ Amici

 

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar