Divertiment
Emma u Biondo b’kunċert waqt Notte Bianca

Emma Muscat u l-kantant Biondo se jkunu l-protogonisti f’kunċert flimkien waqt Notte Bianca, li ser issir fis-6ta’ Ottubru li ġej fil-Belt. Festivals Malta ħabbret l-attivitajiet varji għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Notte Bianca bl-organizzaturi jgħidu li se tkun spettaklu kbir ta’ diversità artistika f’kull rokna tal-Belt Valletta fl-okkażjoni wkoll tal-Belt Valletta bħala l-kapitali Ewropea tal-kultura.

Friski mis-suċċess tagħhom fil-programm popolari Taljan Amici , il-kantanti Emma Muscat u Biondo ġejjin Malta x-xahar id-dieħel biex jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Notte Bianca.

Għal Emma din se tkun l-ewwel darba li se tingħaqad f’kunċert ma’ Biondo, li miegħu kienet nibtet relazzjoni ta’ mħabba waqt il-programm stess.

Emma stqarret li hi “eċċitata li se nagħti dan il-kunċert. Huwa ta’ unur għalija biex nagħti kunċert fil-Belt, u eċċitata ħafna u niddedikah għal dawk li ssaportjawni ħafna”.

Waqt li tħabbru d-dettalji tal-attivitajiet ippjanati għal Notte Biance fis-6 ta’ Ottubru, id-Direttur ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala Attard qalet li l-attivitajiet ser isiru f’kull rokna fil-Belt Valletta u għandhom iservu ta’ esperjenza artistika fost oħrajn b’mużika ta’ kull ġeneru fosthom jazz, raggae, mużika klassika, u mużika elettronika, kant, teatru u żfin.

Annabelle qalet “se jkollna ħames stages mużikali, artisti barranin u lokali, u fil-valletta contemporary, manuskritti li ġratilhom il-ħsara fil-gwerra u esibiti għall-ewwel darba”.

Qalet li l-mużewijiet tal-Belt Valletta, il-palazzi u anki l-knejjes fosthom il-Kon Katidral ta’ San Ġwann se jkunu kollha miftuħin għall-pubbliku.

Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta’ Notte Bianca qal li se jinġiebu gruppi barranin minbarra s-sehem ta’ artisti lokali, fosthom il-band elettronika Ġermaniża Tangerine Dreams, u l-grupp Ingliż The Selector li kien popolari fis-snin sebgħin.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Kultura, Owen Bonnici qal li Notte Bianca ta’ din is-sena se tkun l-aqwa waħda li qatt saret anke bħala parti mill-programm kulturali tal-Valletta 2018. Huwa qal li din tkun esperjenza mill-iktar eċitanti għall-poplu Malti u Għawdxi, esperjenza edukattiva u kultura li tagħti lill-poplu d-diversità artistika.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żagħżugħa ta’ 22 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li kienet akkużata li frodat lis-sid tal-kera, b’serq u ksur ta’ liġi. Hija ġiet akkużata wkoll li provat tweġġa’ lill-koppja li mingħandha…

Barranin

Il-kumpanija Sony ħabbret li se terġa’ tagħti l-ħajja l-PlayStation 1. Dil-console kienet ġabet rivoluzzjoni sħiħa fis-snin 90. Fuq Twitter il-kumpanija ħabbret li fl-ewwel jiem ta’ Diċembru se tniedi l-PlayStation Classic…

Aktar