Kurżitajiet
Emma u Biondo reġgħu qegħdin flimkien?

Wara li kien faqqa’ l-għajdut li Emma u Biondo ma baqgħux flimkien, Biondo tkellem dwar ir-relazzjoni tagħhom.

Ilbieraħ fuq il-magazine Di Più ġiet ippubblikata intervista li xejnet l-għajdut dwar it-tmiem tar-relazzjoni ta’ mħabba bejn iż-żewġ kantanti li kienu ħadu sehem fil-programm Amici.

Ftit wara li spiċċaw l-avventura tagħhom f’Amici, Biondo u Emma marru jgħixu flimkien f’dar f’Milan. Madankollu ma tantx damu taħt l-istess saqaf għax malajr feġġet l-aħbar li r-relazzjoni tagħhom ma rnexxietx.

Gossip e TV kien irrapporta li Biondo kien telaq mid-dar wara argument jaħraq. Jidher li kien qed ikollhom ħafna argumenti żgħar iżda l-aħħar argument kien faqa’ l-bużżieqa. Is-sit kien irrapporta li Biondo kien konvint li tilef lil Emma darba għal dejjem. Madankollu ma’ Di Più qal li meta rrabja sfumat fix-xejn irrealizza kemm kienet tfisser għalih Emma u li ma kellux jarmi kollox fuq problemi li jistgħu jissolvu. Biondo qal li warrab is-sens ta’ kburija u ċemplilha u ftehmu li jiltaqgħu.

Sadanitant, ilbieraħ fuq Instagram Biondo spjega l-pożizzjoni tiegħu lill-ammiraturi:

Jidher li issa reġgħu qed jgħixu flimkien taħt l-istess saqaf minkejja li minħabba l-iskeda impenjattiva tagħhom ma tantx ikollhom ċans jiltaqgħu.

Ara wkoll:

Tgħid veru Emma u Biondo ma għadhomx flimkien?

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland, ferħet lill-Gvern Malti għal mod kif ikkontrolla l-imxija tal-Covid-19. Qalet li Malta kienet l-aqwa fl-Ewropa biex ipproteġiet liċ-ċittadini tagħha. Isma l-messaġġ tagħha hawn:

COVID-19

Illum ġew irrapportati 2 każijiet ġodda wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,374 swab test. Skont l-aħħar aġġornament ippubblikat mill-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook, fiequ 11-il persuna oħra. Dan ifisser li…

Relazzjonijiet Industrijali

Erbgħin minn total ta’ madwar 120 membru tal-ekwipaġġ tal-linja tal-ajru Malta Air, li hi sussidjarja ta’ Ryanair, ilbieraħ tard filgħaxija rċevew ittra li b’effett mit-30 ta’ Ġunju li ġej l-impjieg…

Unjoni Ewropea

Matul l-2019, il-MEUSAC tellgħet 34 attività pubblika u laqgħat ta’ konsultazzjoni u 39 sessjoni għat-tfal u għall-istudenti dwar l-Unjoni Ewropea (UE). Saru wkoll 5 sessjonijiet ta’ taħriġ u 300 laqgħa…

Aktar