Unjoni Ewropea
ENGAGE – Proġett tal-MEUSAC finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew

Ħafna jafu li l-MEUSAC tgħin lil bosta organizzazzjonijiet sabiex japplikaw għall-fondi Ewropej. Imma mhux biss. Biex issaħħaħ is-servizzi tagħha, li jingħataw bla ħlas, il-MEUSAC kisbet fondi Ewropej għal proġett li bih l-aġenzija tista’ taħdem b’mod aktar effettiv.

Bil-proġett ENGAGE li beda s-sena l-oħra, l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet mhux governattivi jiġu megħjuna jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess tal-politika u leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, aktar organizzazzjonijiet ikollhom l-għodda neċessarja biex jibbenefikaw aħjar minn fondi Ewropej.

Din is-sena, permezz tal-proġett ENGAGE, il-MEUSAC se tkun qed tħarreġ lil madwar 60  organizzazzjoni dwar kif jifformulaw pożizzjoni dwar proposti ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, kif jisfruttaw aktar l-opportunitajiet ta’ fondi Ewropej u kif jistgħu jkollhom vuċi aktar b’saħħitha fl-istrutturi tal-konsultazzjoni fi ħdan il-MEUSAC.

Din il-fażi tikkumplimenta żewġ fażijiet oħra ta’ dan il-proġett. Fl-ewwel fażi sar studju dettaljat mal-imsieħba soċjali u l-korpi kostitwiti dwar x’inhuma l-bżonnijiet tagħhom u kif il-MEUSAC jista’ jkollha rwol aktar relevanti biex jissaħħaħ id-djalogu soċjali f’Malta. F’din il-fazi saret ukoll kampanja informattiva dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni tal-MEUSAC u biex jikber l-għarfien dwar is-servizzi tal-aġenzija. It-tieni fażi ffukat iktar fuq it-taħriġ lill-impjegati tal-aġenzija biex ikunu aktar effettivi fl-użu tal-mezzi ta’ komunikazzjoni ma’ udjenzi differenti u biex fl-attivitajiet u l-inizjattivi li jsiru jkun hemm parteċipazzjoni aktar attiva.

Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020. Aktar informazzjoni dwar il-proġett tinsab hawn.

Segwi vidjo fuq id-djalogu soċjali bħala parti mill-kampanja ta’ għarfien dwar il-proġett ENGAGE.

Tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Melieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabt tas-2pm fi Pjazza Ġużè Debono, l-Imsida. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna….

Lokali

Għoxrin ġurnata għall-Milied u fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti, il-GRTU qalet li l-inċertezza u l-instabilita’ qed joqtlu n-negozji f’Malta. Stħarriġ li l-GRTU qalet li għamlet ma’ aktar minn ħamsin settur ekonomiku madwar…

Lokali

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, il-Kostituzzjoni ma…

Aktar