Lokali
Entitajiet reliġjużi jħossu li l-abbozz ta’ liġi dwar l-ugwaljanza jista’ joħnoq id-dritt għat-twemmin reliġjuż

L-Abbozz ta’ liġi dwar l-ugwaljanza li jinsab quddiem il-Parlament mhux jinżel tajjeb ma’ diversi entitajiet reliġjużi għaliex iħossu li dan jista’ joħnoq id-dritt għat-twemmin reliġjuż tagħhom.

Fost oħrajn l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja flimkien mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u l-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi qalu fi stqarrija li l-abbozz li għandu l-għan li jippromovi r-rispett lejn id-diversità, ser joħnoq id-dritt tal-libertà tat-twemmin b’konsegwenzi fuq l-espressjoni tal-etos Nisrani tal-iskejjel tal-knisja.

Huma qalu li jekk l-abbozz ma jiġix emendat, l-edukaturi Insara jistgħu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni li fiha jkollhom jippromovu valuri li jmorru kontra l-kuxjenza tagħhom bi skur tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni. Huma qed jipproponu fost oħrajn klawsola fl-abbozz li tippermetti l-oġġezzjoni skont il-kuxjenza u emendi biex ikun imħares id-dritt tal-għażla tal-ġenituri fl-edukazzjoni ta’ wliedhom.

Fi stqarrija separata għaxar knejjes Evanġeliċi wkoll esprimew l-oġġezzjonijiet tagħhom għall-abbozz u staqsew jekk b’dan l-abbozz hux ser ikun meqjus bħala reat fost oħrajn jekk jibqgħu jgħallmu li ż-żwieġ huwa bejn raġel u mara.

L-għaqdiet reliġjużi fl-istess waqt stqarrew li huma impenjati li jipproteġu l-valuri tad-diversità, id-dinjità tal-bniedem u d-dritt tal-libertà tat-twemmin sakemm dawn ma jmorrux kontra d-drittijiet tal-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar