Barranin
Erba’ astronawti jitilqu lejn l-istazzjon spazjali abbord kapsula ta’ Space X

Erba’ awstronawti, tlieta Amerikani u Ġappuniż ingħaqdu f’missjoni spazjali li kienet varata minn Florida u se toħodhom lejn l-istazzjon internazzjonali spazjali l-ISS.

L-ekwipaġġ qed jivvjaġġa fuq ir-rocket Falcon u vettura spazjali Dragon tal-kumpanija kummerċjali Space X, ta’ Elon Musk, f’missjoni li qed issir b’kollaborazzjoni man-NASA. Din hija l-ewwel missjoni sħiħa tan-NASA b’vettura privata.

Mal-Amerikani Michael Hopkins, Victor Glover u Shannon Walker, issieħeb l-awtronawt Ġappuniż Soichi Noguchi li sar it-tielet persuna fl-istorja li vvjaġġa lejn l-ispazju abbord tliet tipi ta’ vetturi spazjali, anki fuq is-Soyuz Russu.

B’kollox se jkun hemm seba’ awtronawti u kosmonawti fl-istazzjon, bl-ekwipaġġ mistenni jikkonkludi għadd ta’ esperimenti.