Ippjanar u bini
Erba’ għaqdiet mhux governattivi jilqgħu r-regolamenti aktar stretti fir-riforma proposta tal-politika rurali

Erba’ għaqdiet mhux governattivi b’interessi ambjentali laqgħu regolamenti aktar stretti fir-riforma proposta tal-politika rurali.

L-Assoċjazzjoni tar-Ramblers; Flimkien għal Ambjent Aħjar; Friends of the Earth; u Moviment Graffitti nnotaw b’sodisfazzjon li r-riforma issa tinkludi salvagwardji xierqa għaż-żoni protetti. Innutaw is-salvagwardji ġodda fejn jidħlu ċerti policies li kienu suxxettibbli għall-abbuż, u li b’kawża t’hekk kienu qed iwasslu biex tittieħed art verġni f’żoni barra l-konfini tal-iżvilupp.

Qalu li punt kontroversjali li qed jiġi indirizzat hu l-projbizzjoni fuq l-iżvilupp mill-ġdid ta’ fdalijiet ta’ bini fil-kampanja li jispiċċaw f’vilel. Żiedu li r-rekwiżit li jorbot il-bejgħ ta’ bini agrikolu mal-bejgħ tal-art agrikola huwa wkoll avvanz importanti li jiskoraġixxi l-bini f’żoni ODZ għal skopijiet spekulattivi.

L-għaqdiet iżda esprimew tħassib li l-iżbalji li saru fil-passat se jerġgħu jsiru għax tħallew il-permessi għal estensjonijiet ta’ djar eżistenti f’żoni barra l-konfini tal-iżvilupp. Huma rrimarkaw li r-riforma ma tindirizzax il-bini ta’ pixxini f’żoni barra l-konfini tal-iżvilupp.

Apprezzaw li l-Gvern kien lest li jisma’ l-proposti tal-għaqdiet mhux governattivi fuq ir-riforma ta’ din il-politika, għall-kuntrarju ta’ dak li qalu ġara meta ġiet implimentata il-policy preċedenti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Aktar