Lokali

Erba’ ġuvintur jinqabdu jisirqu l-ħwejjeġ minn ħanut f’Birkirkara

Erba’ ġuvintur Taljani li jinsabu f’Malta fuq vaganza lbieraħ inqabdu mill-Pulizija jisirqu l-ħwejjeġ minn ħanut sportiv f’Birkirkara.

Antonio Montuori, Simone Barbaro u Leonardo Tedesco, kollha ta’ 18-il sena, kif ukoll ġuvni ieħor ta’ 17-il sena, ammettew għal serq aggravat, bil-valur misruq li ma qabiżx €2,300.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, semgħet kif il-ħaddiema tal-ħanut innutaw liż-żgħażagħ iġibu ruħhom b’mod suspettuż, u għalhekk ċemplu lill-Pulizija.

Il-Pulizija marru fuq il-post u qabdu liż-żgħażagħ qrib il-ħanut, filwaqt li l-ħwejjeġ misruqa nstabu moħbija f’siġar li hemm fl-akwati.

It-tliet ġuvintur maġġorenni kienu kkundannati 18-il xahar ħabs sospiżi għal 30 xahar, filwaqt li l-ġuvni minorenni nħeles bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi tliet snin.