Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
12°
Max
17°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • PSI2021
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
12°
Max
17°
  • This article is also available in English
Lokali
Erba’ Ministri jieħdu l-ġurament tal-ħatra
Imtella' Novembru 23, 2020 - Aġġornata 23 Ta' Novembru, 2020 6:16pm
Rapport: Liam Carter

Fil-Palazz ta’ San Anton Justyne Caruana, Clayton Bartolo, Miriam Dalli u Clyde Caruana nħatru uffiċjalment bħala Ministri mill-President George Vella. Fl-ewwel kummenti tagħhom ma’ Television Malta il-Ministri l-ġodda elenkaw il-prijoritajiet tagħhom.

Erba’ deputati tal-Gvern illum waranofsinhar ħadu l-ġurament u nħatru Ministri fil-Kabinett. Fil-Palazz ta’ Sant’Anton Justyne Caruana, Clayton Bartolo, Miriam Dalli u Clyde Caruana ħalfu l-lealtà tagħhom lejn il-kostituzzjoni hekk kif assumew responsabbiltajiet ġodda bħala Ministri.

F’kummenti ma’ Television Malta, il-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana wiegħdet li se tkun qed taħdem biex issaħħaħ is-settur edukattiv.

“Prinċipju li se nkun qed inmexxi bih huwa li jien ġenitur bi tfal li jattendu l-iskejjel. Allura naf bl-isfidi li jiffaċċjaw l-edukaturi l-familji u se nkun qed naħdem magħhom biex nidentifikaw l-isfidi u naħdmu flimkien.”

Prijorità ewlenija għall-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo hija li jdawwar dan iż-żmien ta’ sfida f’wieħed ta’ opportunità.

“Irridu nagħtu kuraġġ lis-settur u lil dawk kollu involuti f’dak il-qasam importanti rridu nsibubilanċ bejn is-saħħa u bejn dak kollu li jgħin biex dan is-settur tant importanti jirpilja.”

Wara sitt snin fil-parlament Ewropew l-avukat Miriam Dalli ġiet fdata bil-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Qalet ma’ TVM li dan id-dekastru huwa turija ċara tad-direzzjoni li l-Gvern irid jieħu fir-rigward tas-sostenbiiltà.

“L-għan aħħari jkun dekarbinżaw l-ekonomija u setturi importanti biex nilħqu dan huwa l-enerġija u l-intrarpirża peress tal-politika tagħna tinkorpora sustanabile development goals hija viżjoni tiegħi.”

U għall-Clyde Caruana li minn Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru nħatar Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol il-prijoritajiet huma tnejn li f-finanzi tal-Gvern jibqgħu sodi u li s-suq tax-xogħol jibqa’ stabbli.

“Il-finanzi tal-Gvern jibqgħu b’saħħithom però f’dak li għandu x’jaqsam ta’ xogħol irridu naraw li l-familji Maltin u Għawdxin iżommu x-xogħol tagħhom u għaldaqstant se nara kif se nżewaq l-għajnuna finanzjarja biex is-suq tax-xogħol Malti jibqa b’saħħtu.”

Iċ-ċerimonja tal-ħatra saret mill-President George Vella, fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, u numru limitat ta’ qraba u membri distinti oħra biex jiġu rispettati r-restrizzjonijiet tal-imxija tal-Covid.

Share
Aħbarijiet Oħra
Politika mda PN
Il-PN beda proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-politika tiegħu tal-enerġija b’laqgħa mal-MDA
Kronaka
Fil-11pm illejla se jitressqu 4 persuni l-Qorti
Kronaka
Min huma t-tliet suspettati li x’aktarx fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia?
Politika
Refuġjati minn Malta mistennija jerġgħu jibdew jiġu rilokati fl-Istati Uniti – il-Ministru Bartolo
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
Kronaka
AĠĠORNAT: Arrestati tliet irġiel suspettati li fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia
Qorti
AĠĠORNAT: Vince Muscat se jingħata l-maħfra għall-qtil tal-Avukat Carmel Chircop
Qorti
AĠĠORNAT: Vince Muscat ikkundannat 15-il sena ħabs għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
Lokali proklama Vince Muscat
ARA: Ippubblikata l-proklama li ngħatat lil Vince Muscat
Pulizija
Tnejn mit-tliet persuni arrestati suspettati fil-qtil ta’ Caruana Galizia u ta’ Carmel Chircop
Refuġjati minn Malta mistennija jerġgħu jibdew jiġu rilokati fl-Istati Uniti – il-Ministru Bartolo
Taħriġ għat-tobba tal-familja u professjonisti oħra dwar is-servizzi għall-anzjani u kura fil-komunità
Il-parkeġġ f’pajjiżna għandu jsir bi ħlas?
Soluzzjoni biex torqod flok il-pilloli u l-mediċini
ARA: Kif taħdem is-sistema ta’ tnaqqis fis-sentenza għal min jgħin biex jissolva reat?
ARA: Il-PM jgħid li l-proklama mogħtija lil Vince Muscat se tiġi ppubblikata
Negozjanti jilmentaw fuq id-dewmien esaġerat biex jiftħu kont il-bank
AĠĠORNAT: Vince Muscat ikkundannat 15-il sena ħabs għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
Mil-lum mediċina għall-mard tal-qalb torħos b’€47
Jirnexxielu jidħol f’għar remot fiċ-ċentru ta’ Malta
ARA: Ġustifikata l-kritika li qed issir fuq il-banek?
Roberta Metsola eletta President tal-kumitat investigattiv dwar il-ħidma tal-Frontex
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • PSI2021