Qorti
Erba’ snin ħabs wara li seraq ġojjelli mill-ajruport

Raġel arrestat il-ġimgħa l-oħra b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ntbagħat 4 snin u 11-il xahar ħabs.

Joseph Buttigieg ta’ 46 sena ammetta l-akkużi. Huwa ġie arrestat f’daru fil-Marsa jumejn wara serqa ta’ kważi sitt elef ewro ġojjelli minn armatura ta’ ġojjellerija fl-ajruport.

Filmati minn kameras tas-sigurtà wrew lil Buttigieg jaħrab mill-ajruport b’mutur. Iktar investigazzjonijiet tal-pulizija waslu biex l-akkużat jiġi mixli b’serqiet oħra li saru minn ħwienet fl-ajruport, li seħħew fl-aħħar ġimgħat.