Blockchain
Il-blockchain mistennija tnaqqas it-tbagħbis fil-kuntratti tal-kirjiet

Erba’ xhur wara li Malta saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li użat is-sistema tal-blockchain fil-ħruġ taċ-ċertifikati għall-istudenti, it-teknoloġija tal-blockchain se tibda tintuża għal kuntratti tal-kirjiet, meta fil-jiem li ġejjin se tkun ippubblikata l-liġi ġdida tal-kera.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li wieħed mill-punti prinċipali tal-liġi l-ġdida hu li l-kuntratti kollha jiġu rreġistrati u dan se jibda jsir bil-blockchain.

“Filwaqt li għall-bidu se tiswa aktar flus imma se tagħmel iktar sens, se mmorru għal sistema ta’ DLT li tkun se rreġistrata fuq blockchain, fejn se nkunu qed naraw li l-kuntratti tal-kirjiet se jkunu rreġistrati b’dan il-mod, u allura iktar siguri, ma tistax tbagħbas magħhom, u n-nies se jkollhom l-ewwel turija ċara u tonda ta’ kif din it-teknoloġija tista’ taffettwa l-ħajja ta’ kuljum,” qal il-Prim Ministru.

It-teknoloġija tal-Blockchain u l-Intelliġenza Artifiċjali kienu fost it-temi li ġew diskussi f’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-pjan strateġiku għall-bidla diġitali li trid issir fis-servizz pubbliku fit-3 snin li ġejjin. Dr Muscat qal li dan il-pjan, li qed jitwettaq b’investiment ta’ €40 miljun minn fondi Ewropej, jikkonsisti f’170 miżura biex is-servizz pubbliku jkun imħejji għall-isfidi teknoloġiċi filwaqt li jkun iktar flessibbli biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-pubbliku lejl u nhar minn kullimkien.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar, qal li wasal iż-żmien għal diskussjoni dwar kif l-Intelliġenza Artifiċjali tista’ taqdi s-servizz pubbliku.

“Il-pjan li jmiss irid jibbaża fuq it-teknoloġija. Irid assolutament idaħħal il-mod kif nabbraċċaw l-iżviluppi tat-teknoloġija biex nagħtu s-servizzi tagħna, mhux biss bil-kliem. Kollox ma’ kollox se nkunu qed nibbażaw fuq it-teknoloġija dejjem mingħajr ma nħallu lil dawk iħossuhom strambi li jikkomunikaw permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali.”

Is-Sur Cutajar tkellem ukoll dwar kif is-servizz pubbliku se jdaħħal il-prinċipju li n-nies jagħtu l-informazzjoni tagħhom lid-dipartimenti tal-Gvern darba biss, filwaqt li jiġi assigurat li d-data personali tagħhom tinżamm sigura.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar