Qorti
Erba’ żgħażagħ jinżammu arrestati fuq serqa li ħalliet ġuvni ferut gravi

Erba’ żgħażagħ ta’ bejn id-19 u l-20 sena ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti b’diversi akkużi, foshom ta’ serq, vjolenza u theddid fuq żgħażugħ ieħor.

Fil-Qorti nstema’ kif il-każ seħħ il-Ġimgha waranofsinhar f’Ħal Għaxaq, meta ż-żgħażagħ, Joshua Sciberras minn Santa Luċija, Keith Spiteri mill-Gudja, Jeremy D’Amato minn Santa Luċija u Jide Mallia miż-Żejtun serqu basket u mobile mingħand iż-żagħażugħ u kkaġunawlu ġrieħi gravi.

Jide Mallia ġie akkużat ukoll li fit-30 ta’ Diċembru kien involut fi traffikar ta’ droga kokaina, li għamel ħsara fuq ħwejjeg ħaddieħor waqt li kien fil-lock up tal-pulizija, li hedded lill-vittma tas-serqa u lil ommu, u li hu riċediv. Joshua Sciberras ġie akkuzat ukoll li l-Ġimgha wara nofsinhar kien qed iġorr mus.

Huma ilkoll wieġbu mhux ħatja.

L-avukati difensuri talbu għall-ħelsien mill-arrest tal-imputati. Madanakollu, l-Ispettur Roderick Attard li kien qed imexxi l-prosekuzzjoni oġġezzjona it-talba minħabba l-biża’ tal-intraċċ tal-provi.

Il-Maġistrat Marseanne Farrugia ċaħdet il-ħelsien mill-arrest, bl-erbgħa żgħażagħ baqgħu miżmuma arrestati. Il-Qorti ordnat ukoll biex il-prosekuzzjoni tieħu ħsieb li l-persuni li għad fadal jixhdu jagħmlu dan kemm jista’ jkun malajr.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard. L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għal Keith Spiteri u Jide Mallia. L-Avukat Albert Zerafa deher għal Jeremy d’Amato waqt li l-Avukat Kris Busietta assista lil Joshua Sciberras.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Aktar