COVID-19
AĠĠORNAT: Erbat itfal fost 20 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta

Fl-aħħar 24 siegħa ġew ikkonfermati 20 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li ġew ittestjati 1,769 swab.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sadanittant fiequ żewġ persuni oħra, biex b’hekk il-każi attivi issa jlaħħqu 267.

Mill-każi l-ġodda rrappurtati llum, 8 jifformaw parti mill-grupp ta’ Paceville, filwaqt li 6 ġew f’kuntatt ma’ persuni li kienu diġà ttestjaw fil-pożittiv.

Erbgħa mill-20 każ tal-lum huma tfal minn grupp li kien diġà magħruf, b’TVM jista’ jikkonferma li l-etajiet tat-tfal huma bejn sena u nofs u 10 snin.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar