AĠĠORNAT: Il-Pulizija taqbad 18-il kilo ħaxixa tal-kannabis

Qaabda kbira ta’ droga, riżultat ta’ operazzjoni mmexxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Il-Pulizija rnexxielhom isibu 18-il kilo ħaxixa tal-kannabis li ddaħħlu Malta minn Sqallija u arrestaw erba’ persuni.

Ħidmet il-Pulizija dwar dan il-każ bdiet it-Tnejn li għadda.

Id-droga kienet għadha kemm ġiet impurtata f’Malta.

Il-persuni li ġew arrestati arrestati huma raġel ta’ 37 sena u mara ta’ 36 sena li joqogħdu Tas-Sliema, ġuvni ta’ 32 sena mill-Gżira u Ingliż ta’ 41 sena li joqgħod l-Imsida.

Dwar din is-sejba għaddejja inkjesta bil-Maġistrat.

Fi żvilupp dwar din l-istorja l-Pulizija llum ressqet il-Qorti tnejn mill-persuni li arrestat – ir-raġel minn Tas-Sliema u l-Ingliż.

Il-Pulizija mhix teskludi li tressaq aktar persuni fil-jiem li ġejjin, possibilment għada stess.