Barranin
Erbgħa ssuspettati b’sehem fl-attakk fi Spanja jitressqu l-Qorti

Erbat irġiel issuspettati li kienu parti mill-grupp li wettaq attakki terroristiċi fi Spanja l-ġimgħa li għaddiet, tressqu quddiem il-Qorti Għolja ta’ Madrid dalgħodu.

Wara li jisma’ l-każ, l-Imħallef għandu jiddeċiedi x’akkużi se jressaq fil-konfront tagħhom b’rabta mal-attakki f’Barċellona u Cambrils li ħallew 15-il persuna mejta u iktar minn 100 midruba.

Tmien membri li hu ssusspettat li kienu jiffurmaw parti mill-grupp terroristiku li wettaq l-attakki nqatlu, uħud bi splussiv u oħrajn mill-pulizija. L-aħħar suspettat inqatel ilbieraħ f’vinja qrib Barċellona.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.