Barranin
Eriksen lura għan-normalità – jieħu ritratt ma’ partitarju ċkejken wara li ssielet għal ħajtu

Il-plejer ta’ Inter u tad-Danimarka Christian Eriksen jidher li qed jirpilja sew wara li għadda minn jiem xejn pjaċevoli li kexkxu lil bosta partitarji tal-futbol u mhux biss.

F’post li ttella’ fuq Instagram fl-aħħar sigħat, Eriksen jidher qed jieħu ritratt bi tbissima u viżibbilment trankwill ma’ partitarju ċkejken f’bajja f’Tisvildeleje, belt fit-Tramuntana tad-Danimarka. Hemm, fejn il-plejer Daniż qed iqatta’ ftit jiem ta’ mistrieħ mal-għeżież tiegħu.

Iċ-ċkejken Bjørn Bindzus fisser li dan kien mument speċjali għalih peress li Eriksen huwa l-idolu tiegħu. Qal, li jħossu xxurtjat li kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-plejer Daniż peress li fi kliemu Eriksen huwa l-aktar persuna li tinsab fuq fomm kulħadd bħalissa.