Erin Tanti jkompli jinżamm taħt arrest preventiv

Erin Tanti l-eks għalliem tad-drama ta’ 23 sena li hu akkużat bil-qtil tal-istudenta tiegħu Lisa Marie Zahra ta’ 15-il sena reġa’ ma ngħatax ħelsien mill-arrest u qed jinżamm taħt arrest preventiv sakemm ikompla jinstema’ l-każ.

Tanti li ilu arrestat mit-3 ta’ April tas-sena l-oħra hu akkużat bil-qtil ta’ Lisa Marie, li għinha tagħmel suwiċidju, li kkorrompija u għamel atti sesswali magħha, kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu ritratti indeċenti tat-tfajla li kienet għadha taħt l-età legali. Fil-qorti hu qal li mhuwiex ħati ta’ dawn l-akkużi.

L-Imħallef Michael Mallia ma jridx li l-akkużat jingħata ħelsien mill-arrest minħabba biża’ li Tanti jipprova jaħrab.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Kronaka

Raġel ta’ 22 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalet li l-ġuvni, li jgħix Ħ’Attard, kien qiegħed isuq il-mutur tat-tip…

Aktar