Qorti
Erin Tanti jammetti r-responsabbiltà għall-mewt ta’ Lisa Maria Zahra – jeħel 20 sena ħabs

Erin Tanti li kien akkużat bil-qtil taż-żagħżugħa Lisa Maria Zahra li seħħ f’Marzu tal-2014 fl-Irdum ta’ Ħad-Dingli, ammetta l-akkużi qabel ma beda għaddej ġuri. Zahra nstabet mejta taħt l-irdum f’Ħad Dingli f’dak li deher li kien patt ta’ suwiċidju bejn il-koppja.

Mal-ammissjoni ta’ Tanti, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkundannatu 20 sena u sitt xhur ħabs. Tanti li għandu 28 sena, kien is-sieħeb tat-tfajla. Huwa wkoll kien instab taħt l-irdum, wara li bdiet tfittxija għall-koppja. Tanti kien akkużat bil-qtil ta’ Lisa Mariia Zahra u li assistiha biex twettaq suwiċidju. Il-vittma kellha 15-il sena.

Huwa kien mixli wkoll li minkejja li kien għalliem tal-vittma, xorta kellu relazzjoni sesswali magħha anke jekk kienet għadha taħt l-età. L-Imħallef Scerri Herrera barra s-sentenza ta’ ħabs ordnatlu jħallas €22,000 fi spejjeż tal-Qorti.

Tanti kien assistit mill-avukati Michael and Lucio Sciriha. Fuq l-akkużi li kellu huwa seta’ jeħel sa 40 sena ħabs li kieku ma ammettiex qabel beda l-ġuri.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar