Kronaka
AĠĠORNAT: Filmat ġdid juri iktar minn dak li seħħ ilbieraħ fil-Mellieħa

Filmati li kiseb TVM juru partijiet mill-vjaġġ tat-trakk li lbieraħ għamel ħerba fil-Mellieħa, wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra.

Filmat li wasal għand TVM illum juri l-mumenti qabel ma t-trakk waqaf fuq bankina, waqt li beda jirriversja b’veloċità, wara li kien għadu kemm ħabat f’karozza tal-linja.

Għadd ta’ persuni jidhru qed jippruvaw jidderieġu lix-xufier tat-trakk, iżda meta jaraw li kompla jsuq b’mod perikoluż, ġrew għal fuqu u bdew jippruvaw jiftħulu l-bieba biex joħorġuh.

Waqt li l-bieba kienet imwaħħla, il-persuni madwar it-trakk, li uħud minnhom dehru li jafu lix-xufier, instemgħu jippruvaw jikkalmawh u jistaqsuh xi ġralu. Ma jonqosx l-għajjat ta’ persuni rrabjati li sofrew danni fil-vetturi tagħhom.

Intant, fil-filmat li wasal għand TVM ilbieraħ, it-trakk jidher qed isewgi vann li qed jinstaq quddiemu, b’xhieda qalu lil TVM li dan kien qed jipprova jwaqqaf lit-trakk.

F’ħin minnhom iż-żewġ vetturi jmorru kontra d-direzzjoni tat-traffiku. Vetturi li jkunu ġejjin minn faċċata jevitaw li jaħbtu head-on fit-trakk bi żbrixx billi jaqsmu għan-naħa l-oħra tat-triq.

TVM infurmat li diversi sewwieqa involuti sofrew minn xokk.

 

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Trakk ikisser għadd ta’ vetturi fil-Mellieħa u jibqa’ sejjer

“Għandi xorti li għadni ħaj” – sewwieq li skapula t-trakk fil-Mellieħa

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar