Kronaka
ESKLUSSIVA: 3 Maltin arrestati u tfittxija f’residenza b’rabta mar-rejds riċenti tad-droga

Razzett konvertiet f’residenza lussuża li kien mikri b’€4,000 fix-xahar kien fl-aħħar mira tal-pulizija li f’rejd kordinat matul il-lejl li għadda wassal biex ġew arrestati tliet irġiel Maltin bħala parti mill-investigazzjoni aktar wiesa’ dwar traffikar tad-droga. L-investigazzjonijiet  fil-post baqgħu sejrin sa dalgħodu.

Tliet persuni ġew arrestati fil-lejl bejn l-Erbgħa u l-Ħamis meta l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom dwar traffikar tad-droga.

Matul il-ġurnata tal-Ħamis, il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, mgħejjuna mill-Pulizija mill-Iskwadra Speċjali magħrufa bħala SIU u tar-Rapid Intervention Unit, wettqu tfittxija f’residenza ta’ wieħed mill-arrestati fi proprjetà fil-limiti ta’ San Martin, fil-Wardija.

Minn informazzjoni esklussiva li TVM kiseb jirriżulta li dan il-post kien qed jinkera lil wieħed mill-arrestati, li huwa magħruf sew mal-pulizija. Sorsi qalu li l-post kien mikri għal €4,000 fix-xahar. L-istess sorsi kkonfermaw li fl-aħħar ġimgħat, fil-post dehru deħlin karozzi lussużi f’kull ħin tal-ġurnata.

Fi tfittxija li saret fil-post, il-Pulizija sabet ammont ta’ droga u oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.

Huwa mifhum li dan ir-rejd fil-Wardija kien bi tkomplija ta’ investigazzjonijiet dwar ir-rejds li saru f’Birkirkara; il-Marsa; il-Gżira u fil-Blata l-Bajda, fejn ġew arrestati 24 persuna. Fihom il-pulizija sabet kwantità ta’ eroina, kokaina u kannabis, kif ukoll xi oġġetti relatati mal-konsum u t-traffikar tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar