ESKLUSSIVA: Ara l-vidjo mużikali ta’ ‘Walk on Water’

Tvm.com.mt qed jiżvela b’mod esklussiv il-vidjo mużikali ta’ ‘Walk on Water’, il-kanzunetta li biha Ira Losco se tirrappreżenta lil Malta fil-61 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest fi Stokkolma f’Mejju li ġej.

Il-kanzunetta “Walk on Water” intgħażlet wara proċess ta’ selezzjoni minn 13-il ġurija magħmula minn esperti mużikali lokali u professjonisti fl-industrija tal-mużika internazzjonali matul Frar u Marzu. Huma semgħu u analizzaw għaxar kanzunetti. “Walk on Water” kienet il-favorita netta biex tirrappreżenta lil Malta fi Stokkolma. Il-vidjo tal-kanzunetta nġibed il-ġimgħa l-oħra fl-Akwarju Nazzjonali ta’ Malta u f’bosta lokazzjonijiet f’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar