Eurovision
ESKLUSSIVA: Destiny se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision tal-2021

TVM huwa infurmat li llum il-Kap Eżekuttiv tal-PBS, Charles Dalli, għamel kuntatt ma’ Destiny biex jinfurmaha bid-deċiżjoni tal-Kumpanija u tad-diretturi tal-Bord tal-PBS li Destiny se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fl-edizzjoni tal-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla.

Destiny kellha tirrapreżenta lil Malta fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li kellha tittella’ matul din il-ġimgħa f’Rotterdam, bis-serata finali biex jiġi ddeterminat ir-rebbieħ kellha tkun illejla. Sfortunatament il-preparamenti tal-kantanta Maltija f’dan il-vjaġġ kellhom jieqfu ħesrem hekk kif l-EBU ħabbret li kienet qiegħda tħassar l-edizzjoni ta’ din is-sena fl-eqqel ta’ l-imxija tal-COVID-19.

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta kellha tkun bil-kanzunetta “All of my love”, kanzunetta li fl-aħħar jiem ġiet ivvutata fl-ogħla postijiet madwar l-Ewropa bil-votazzjoni kemm ta’ ġurija kif ukoll tal-pubbliku. Fost dawn insemmu it-tieni post li kisbet fl-Isvezja u fl-Irlanda matul din il-ġimgħa u anki il-video tad-diska li ġie vvutat bħala l-aħjar video fuq is-sit Wiwiblogs.

TVM flimkien ma’ l-istazzjonijiet televiżivi membri ta’ l-EBU se jkun qed ixandar spettaklu bil-parteċipazzjoni tal-kantanti li kellhom jieħdu sehem din is-sena. L-ispettaklu “Shine a Light” ċelebrazzjoni ta’ solidarjeta b’messaġġ qawwija ta’ tama u kuraġġ fiż-żmenijiet ta’ pandemija se jinkludi wkoll mixegħla ta’ binjiet minn madwar l-Ewropa inkluż Malta. Dan l-ispettaklu se jixxandar illejla fid-21:00 fuq TVM.

Sadanittant, dwar din l-aħbar ikkummenta l-Ministru għad-Djalogu Soċjali Carmelo Abela, li awgura lil Destiny u qal li dan huwa sinjal li l-kuraġġ huwa dejjem rebbieħ.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Aktar