Storja
ESKLUSSIVA: Filmati ġodda juru li s-sottomarin misjub f’ibħra Maltin huwa l-HMS Urge

Sentejn minn meta nstab sottomarin mgħerreq ‘il barra mill-Port il-Kbir, illum hemm iżjed provi li jixhdu li dan huwa l-HMS Urge, li għeb fl-1942.

TVM qed ixandar filmati esklussivi miġbuda riċentament, li jeliminaw kull dubju dwar il-post li fih għereq l-HMS Urge 79 sena ilu:

Is-sejba straordinarja ta’ sentejn ilu ma ġietx rikonoxxuta mill-ewwel u kien hemm min tefa’ dubji fuqha, minħabba li kien maħsub li dan is-sottomarin għereq qrib il-Libja.

Kien għalhekk li tim konġunt mill-Università ta’ Malta u Heritage Malta reġgħu niżlu f’112-il metru fond biex mhux biss jikkonfermaw li l-bastiment huwa l-HMS Urge, imma wkoll biex jevalwaw l-istat ta’ preservazzjoni tiegħu, anki bħala qabar tal-gwerra.

Prova li s-sottomarin huwa l-HMS Urge

Fuq TVAM, il-Professur Timmy Gambin, li mexxa dan l-istudju, qal li din is-sejba hija ta’ sodisfazzjon għalih, anki minħabba l-familjari tal-persuni li tilfu ħajjithom fuq l-HMS Urge fl-1942, li issa għandhom iktar ċertezza dwar x’seħħ mill-antenati tagħhom.

Tista’ ssegwi hawn l-intervista sħiħa mal-Prof Gambin:

Ara wkoll:

Jinstab ’il barra mill-Port il-Kbir is-sottomarin li għeb 77 sena ilu