Lokali
ESKLUSSIVA: George Degiorgio lura l-ħabs wara li ddaħħal l-isptar wara li qala’ xebgħa

George Degiorgio, magħruf bħala ċ-‘Ċiniż’, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ġie rikoverat l-isptar Mater Dei wara li qala’ xebgħa mingħand priġunier ieħor.

TVM huwa infurmat li għall-ħabta tal-11.30am, inqala’ argument bejn Degiorgio u priġunier ieħor.

Wara battibekk bejniethom, l-argument eskala, bil-priġunier allegatament ħebb għal Degiorgio b’xi ħaġa li kellu f’idu. Intervjenew minnufih l-uffiċjali tal-ħabs biex waqqfu l-ġlieda. George Degiorgio deher ferut bid-dmija ħiereġ minn rasu. Fil-ħabs issejħet ambulanza li ħaditu bi skorta armata. Huwa kellu jiġi mdewwi għal ġrieħi f’rasu, għonqu, spalltu u f’sidru. Degiorgio kien mgħasses mill-uffiċjali tal-ħabs fl-Isptar sakemm ġie rilaxxat.

Nifhmu li l-awtoritajiet tal-Ħabs ser jieħdu passi fil-konfront tal-priġunieri li kien involut fil-ġlieda.