Il-President tiffirma l-liġi tal-Unjoni Ċivili

Hekk kif iddikjarat jiem qabel il-ħatra tagħha bħala d-disa’ Kap tal-Istat Malti, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ffirmat ilbieraħ il-ligi tal-Unjoni Ċivili, jista’ jiżvela tvm.com.mt.

Il-liġi tal-Unjoni Ċivili kienet approvata mill-Parlament Malti fl-istadju tat-tielet qari t-Tnejn li għadda b’37 membru tal-Gvern preżenti fil-Parlament jivvotaw favur u t-30 membru tal-Oppożizzjoni astjenew.

Il-liġi dwar l-Unjoni Ċivili li tagħti lill-koppji gay l-istess drittjiet ta’ koppji eterosesswa kienet ippreżentat mill-Gvern f’Ottubru li għadda mill-Ministru Helena Dalli.

Dakinhar, il-Ministru Dalli sostniet li din il-liġi kienet wegħda elettorali tal-Partit Laburista u l-Gvern kien qed iressaq dan l-abbozz ta’ liġi kmieni fil-leġiżlatura biex jenfasizza l-impenn tiegħu li jipprovdi liġijiet li jirrispettaw id-diversità u jiggarantixxu l-ugwaljanza.

Il-liġi tipprovdi wkoll biex min irid jidħol f’unjoni ċivili, ikollu l-istruttura legali biex jista’ jagħmel hekk.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar