Lokali
ESKLUSSIVA: L-ex sewwieq tal-F1 Hakkinen għoġbitu Malta u jrid jerġa’ jiġi

Rebaħ il-kampjonati mondjali tal-Formula 1 fl-1998 u l-1999.  Kien kompetitur ewlieni ta’ Michael Schumacher u kollega ta’ Ayrton Senna.  Illum jinsab irtirat f’Monaco fejn kiseb diversi suċċessi.

Mika Hakkinen, is-sewwieq Finlandiż ta’ McLaren beda l-karriera tiegħu fit-tlielaq tal-karozzi mindu kellu ħames snin u laħaq il-quċċata tagħha fis-snin 90.

Dwar ir-rivalità ma’ Michael Schumacher, Hakkinen qal li kienet esperjenza ta’ sfida kontinwa fit-tlielaq tal-Formula 1.  “I had incredible races together…” qal lil TVM is-sewwieq Finlandiż.

Mistoqsi jekk ikkuntattjax lill-qraba ta’ Schumacher wara l-inċident li s-sewwieq Ġermaniz kellu f’Diċembru 2013 waqt li kien qed jiskija, li ħallieħ f’koma, Hakkinen qal li ħass li kellu jirrispetta il-privatezza tagħhom.  Mika Hakkinen qal, “I think he needs a lot of privacy.”

Ma’ TVM, Hakkinen qal li hi din hi l-ewwel darba li ġie Malta, u stqarr li baqa’ impressjonat tant li jrid jerġa’ jiġi bil-familja.  “I love it. It is such a beautiful and colourful place. A lot of different restaurants and bars. Beautiful architecture I need to come for a holiday and bring my family to explore,” qal l-ex sewwieq tal-F1.

Huwa tkellem dwar inċident li kellu f’dar ġdida li kien għadu kemm xtara fi Franza, li ħadet in-nar.  Hakkinen qal, “Had an electric problem and lost a lot of trophies and memories from the past but same time I turned positively that is time to turn a new page in the live.”

Mika Hakkinen qal li għadu jsegwi it-tlielaq tal-F1 mill-qrib, mhux biss għax joqgħod qrib wieħed mill-aktar ċirkwiti klassiċi fil-Formula 1, iżda wkoll għaliex għandu sehem dirett fit-tim tas-sewwieq Valtteri Bottas ta’ Mercedes, kif ukoll huwa l-ambaxxatur tat-tim li kien isuq miegħu McLaren.

Hakkinen kien il-mistieden speċjali ta’ kumpanija Kindred li fetħet l-uffiċini ġodda f’Tigne.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel li kien akkużat li seraq 3 karozzi fi ħmistax u ħabat b’waħda minnhom inżamm arrestat. Kevin Joseph Camilleri, ta’ 39 sena mill-Għargħur wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia….

Kronaka

Amerikan li kien fi triqtu minn Malta lejn l-Istati Uniti, ġie arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, iġorr ammont ta’ munizzjon fil-hand-luggage li kien se jtella’ miegħu fuq l-ajruplan. Fi stqarrija,…

Ambjent

Il-ġejjieni tal-bajjiet bil-bandiera l-bajda jidher inċert wara li fl-aħħar jiem tqanqlu suspetti fuq l-iskop tal-organizzaturi Kroati ta’ din l-inizjattiva li għandha l-għan li tiddikjara bajjiet ħielsa mill-plastik. Il-Ministeru tal-Ambjent li…

Edukazzjoni

F’dawn il-jiem l-istudenti se jibdew jirċievu €100 addizzjoni għall-grant li jingħataw mill-Gvern biex ittaffi mill-ispejjeż li jonfqu għall-istudji tagħhom. Din l-għotja ta’ €100 żieda fis-sena se tingħata lill-istudenti kollha li…

Aktar